Monday, May 6, 2024

Raġel iweġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni

Aqra wkoll

Raġel ta’ 50 sena residenti Ħal Tarxien kellu jittieħed l-Isptar għal kura meħtieġa.

Dan hek kif aktar kmieni għal ħabta tad-9:30 a.m kien involut f’inċident fi Triq Santu Wistin fis-Swieqi

Minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li r-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet u waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza li ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħolgħadhom għaddejjin.

Sport