Monday, May 13, 2024

Jittellgħu l-poloz tal-Premier League Ingliż 2023/24

Aqra wkoll

Minkejja li l-istaġun 2022/23 intemm nhar is-Sibt li għadda hekk kif Manchester City saru ċ-champions Ewropej il-ġodda wara li fil-finali għelbu lil Inter bl-iskor ta’ 1-0, proprju lbieraħ ittellgħu l-poloz tal-Premier League Ingliż għall-istaġun 2023/24.

Iċ-champions Ingliżi,Man -chester City, se jibdew id-difiża barra minn darhom kontra ċ-champions taċ-Cham­pion­ship, Burnley, li inċidentalment huma mmexxija mill- player leġġendarju, Vincent Kompany, li serva lill-istess club tas-City bejn l-2008 u l-2019, u li kien ukoll strumentali fir-rebħ ta’ bosta unuri.

Arsenal, li temmew fit-tieni post, jilqgħu lil Nottimgham Forest filwaqt li Manchester United, li temmew warajhom, jospitaw lil Wolves.

Liverpool, li kellhom sta­ġun diżappuntanti min­ħabba li ma rnexxielhomx jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League għandhom test diffiċli meta jmorru għand Chelsea, li jridu jpattu għall-istaġun diżastruż wara li nefqu aktar minn £400 miljun u spiċċaw f’nofs il-klassifika.

Fixture li hija mfittxija mill-partitarji hija dik bejn ir-rivali eterni, Liverpool u Manchester United.

Ir-Reds jilagħbu f’Anfield fis-16 ta’ Diċembru filwaqt li r-Red Devils jilagħbu qud­diem il-partitarji tagħhom nhar is-6 ta’ April, 2024.

Id-derby ta’ Manchester se jintlagħab fit-28 ta’ Ottubru, f’Old Trafford filwaqt li fit-2 ta’ Marzu ż-żewġ timijiet jiltalqgħu f’Etihad Stadium.

Programm tal-ewwel ġurnata huwa:

Il-Ġimgħa, 11 ta’ Awwissu

Burnley v Man City……………….. 9.00

Is-Sibt, 12 ta’ Awwissu

Arsenal v Nottm F……………….. 12.30

Bournemouth v West Ham…….. 4.00

Brighton v Luton……………………. 4.00

Everton v Fulham………………….. 4.00

Newcastle v Aston Villa…………. 4.00

Sheffield U. v C. Palace………….. 4.00

Il-Ħadd, 13 ta’ Awwissu

Brentford v Tottenham…………… 3.00

Chelsea v Liverpool……………….. 5.30

It-Tnejn, 14 ta’ Awwissu

Man United v Wolves……………. 9.00

Programm tal-aħħar ġurnata:

Il-Ħadd, 19 ta’ Mejju, 2023

Arsenal v Everton

Brentford v Newcastle

Brighton v Man Utd

Burnley v Nottm F.

Chelsea v Bournemouth

C. Palace v Aston Villa

Liverpool v Wolves

Luton v Fulham

Man City v West Ham

Sheffield U. v Tottenham

Sport