Wednesday, April 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara li waqa’ bil-mutur fi Triq il-Kosta

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li s-sewwieq – raġel ta’ 41 sena residenti l-Gżira, tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Suzuki li kien qiegħed isuq u konsegwentament waqa’.

Fil-post issejħet minnufih ambulanza u tim mediku biex ir-raġel seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard irriżulta li kien sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Sport