Wednesday, March 27, 2024

“Se nħossu bil-kbir in-nuqqas tiegħek”

Fjuri kkuluriti jfakkru l-qalb tajba ta’ Antoine Degabriele

Aqra wkoll

“Kont raġel twajjeb” u “Se nħossu bil-kbir in-nuqqas tiegħek” huma tnejn mill-messaġġi li tħallew fil-post fejn instab il-katavru ta’ Antoine Degabriele fi Triq il-President Anton Buttigieg fiż-Żejtun. 

Fost bukketti ta’ fjuri kkuluriti li tħallew biex ifakkru l-memorja tal-vittma tal-inċident li seħħ il-Ġimgħa ftit qabel nofsinhar spikkat kitba x’aktarx ta’ xi tifla li fakkret lil Degabriele bħala raġel twajjeb u esprimiet l-imħabba li kellha lejh.

Ekonomija

Sport