Wednesday, April 24, 2024

Tifla ta’ 11-il sena tmut wara inċident f’park tal-ilma f’Windsor

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Pulizija ta’ Thames Valley kkonfermaw li tifla ta’ 11-il sena mietet wara li kienet irrapportat nieqsa f’Park tal-Ilma f’Windsor.

L-inċident seħħ is-Sibt li għadda, għall-ħabta tat-3.55 p.m. xħin issejħu wkoll is-servizzi tal-emerġenza wara li ġie rrapportat li t-tifla sabet ruħha f’diffikultà f’Liquid Leisure, qrib Datchet. 

Hija nstabet għall-ħabta tal-5.10 p.m. u ttieħdet minnufih lejn l-Isptar ta’ Wexham Park iżda sfortunatament kien ikkonfermat li t-tifla tilfet ħajjitha.

Fl-ewwel kummenti tiegħu, is-Supretendent Michael Greenwood qal: “Ħsibijieti huma mal-familjari u l-ħbieb tat-tifla li mietet b’riżultat ta’ dan l-inċident traġiku. Ninsabu fl-istadju bikri tal-investigazzjonijiet biex nifhmu aħjar iċ-ċirkostanzi kollha tal-inċident. 

“Infurmat li diversi membri tal-pubbliku pprovaw ifittxuha, iżda ma setgħux isibuha. Nixtieq infaħħarhom tal-kuraġġ u l-qlubija tagħhom,” kompla jgħid is-Supretendent Greenwood.

Qed ikun irrapportat li ftit qabel għebet, it-tifla kienet flimkien ma’ sħabha tiċċelebra għeluq snin tifla oħra.

Sport