Friday, December 13, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ serjament f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ serjament wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.00a.m. fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Harley Davidson XL, misjuq mir-raġel ta’ 53 sena residenti Pembroke u karozza Citroen C3 misjuqa minn Belġjan ta’ 58 sena.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport