Wednesday, April 24, 2024

Sitt persuni fosthom tarbija l-Isptar wara ħabta bejn sitt vetturi

Aqra wkoll

Sitt persuni, fosthom tarbija ta’ madwar 3-4  xhur, ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.00a.m. fi Triq tul il-Kosta, Naxxar.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jidher li fl-inċident kienu involuti sitt karozzi: Nissan Note misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti Tas-Sliema li ma sofra l-ebda ġrieħi; Peugeot 208 misjuqa minn Ġermaniż ta’ 56 sena li ma sofra l-ebda ġrieħi; Fiat Stilo misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti San Pawl li-Baħar li ma sofra l-ebda ġrieħi;  Cevrolet Matiz misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti Tas-Sliema li tttieħedet l-Isptar; BMW 320D misjuqa minn ġuvni ta’ 23 sena minn San Pawl il-Baħar u li flimkien miegħu kien hemm passiġġier ta’ 22 sena residenti l-Imġarr, bit-tnejn jttieħdu l-Isptar; u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti l-Fgura li ma sofra l-ebda ġrieħi. Fit-Toyota Vitz kien hemm ukoll mara ta’ 25 sena residenti l-Fgura u tarbija ta’ madwar 3-4 xhur li ttieħdet l-Isptar.

Aktar tard, il-passiġġier tal-BMW ta’ 22 sena u r-raġel ta’ 40 sena li kien qed isuq il-vettura Chevrolet Matiz kienu ċċertifikati li ġarrbu ġrieħi gravi filwaqt li l-persuni l-oħra li ttieħdu l-isptar, sofrew minn ġrieħi ħfief.

Fuq il-post kien hemm numru ta’ ambulanzi kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jagħtu l-assistenza.

Sport