Friday, December 13, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’allegat hit and run

Aqra wkoll

Taljan ta’ 41 sena residenti Birkirkara weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-7.30p.m. fi Triq il-Kbira, Ħal-Lija.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn mutur tal-għamla Sym Symphony misjuq mit-Taljan u vettura li allegatament telqet minn fuq il-post tal-inċident.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport