Friday, December 13, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Pollakk ta’ 29 sena residenti x-Xewkija sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Dan seħħ illum għall-ħabta tas-7.00a.m. fi Triq Franġisk Portelli, l-Għarb, Għawdex. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Dyna, misjuq minn raġel ta’ 64 sena residenti l-Għarb, u mutur Yamaha, misjuq mill-vittma. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport