Tuesday, May 14, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Raġel indarab wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Fr. Charles Plater, Raħal Ġdid. 

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Honda 125, misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u Porsche Macan, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti Tas-Sliema. 

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport