Wednesday, March 27, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Raġel ta’ 26 sena residenti x-Xewkija, Għawdex, sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u waqa’.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11.30a.m. fi Triq Ħaż-Żabbar, Fgura.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar permezz t’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport