Saturday, October 26, 2024

Sewwieq ta’ mutur jitlef ħajtu f’inċident f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur tilef ħajtu wara li għall-ħabta tal-11:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.

Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Isuzu D-Max misjuqa minn Sirjan ta’ 29 sena residenti Marsaskala, u mutur Piaggio Vespa li kien misjuq minn Maċedonjan ta’ 32 sena.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq lejn l-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara. Maċedonjan ieħor ta’ 33 sena, residenti San Ġwann li kien passiġġier fuq il-mutur sofra ġrieħi

gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Rachel Montebello li ħatret inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet

tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport