Monday, December 23, 2024

Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta f’Birżebbuġa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Finlandiż ta’ 31 sena residenti l-Imrieħel, għal xi l-9:45 a.m, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur KTM u karozza VolksWagen Golf misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti Ħal Għaxaq.

Tim mediku mar fuq il-post ta’ l-inċident sabiex jassisti lill-Finlandiż li aktar tard kien iċċertifikat li weġġgħa gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport