Wednesday, July 24, 2024

Fl-Arġentina tidħol b’mod uffiċjali l-liġi li tippermetti l-abort

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

B’mod uffiċjali lbieraħ l-Arġentina sar l-ewwel pajjiż fl-Amerika t’Isfel li llegalizza l-abort. Apparti hekk fil-pajjiż ġar taċ-Ċilì bdiet diskussjoni dwar dan ukoll. 

Il-President Arġentin Alberto Fernandez iffirma l-liġi li tippermi l-abort fl-ewwel 14-il ġimgħa tat-tqala. Din kienet għaddiet mis-Senat fit-30 ta’ Diċembru li għadda. 

Meta kien qiegħed jitkellem mal-midja huwa li b’din l-liġi s-soċjetà issa hija iktar ugwali. Huwa ddeskriva dan bħala pass kbir lejn drittijiet ugwali hekk kif dan jagħti ċans lin-nies jiddeċiedu.
Il-gvern Arġentin jikkalkula li mill-1983 ’il hawn iktar minn 3,000 mara tilfu ħajjithom f’operazzjonijiet tal-abort li saru bil-moħbi f’dan il-pajjiż. 

Ekonomija

Sport