Sunday, April 6, 2025

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Fi stqarrija l-pulizija qalu li s-sewwieq tal-mutur ġie ċċertifikat fil-periklu tal-mewt.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mexxija milll-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara ħabta f’Ħ’Attard

Raġel ta’ 31 sena residenti Birkirkara kellu jiddaħal l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tat-8.30am kien involut f’inċident bil-mutur fi Triq iż-Żagħfran Ħ’Attard.

Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċident seħħ bejn mutur Kawasaki u karozza Toyota Passo li kienet qiegħda tinstaq minn tfajla ta’ 19-il sena residenti Birkirkara.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur u wara ttieħed l-isptar.

Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport