Rebħa għal Zabbar SP b’goal f’kull taqsima

0
76
Ritratt: Walter Sargent

Zabbar SP ……..2

Naxxar L. ….….0

Minn Cristian Muscat

Permezz ta’ wirja ta’ karattru, Zabbar St Patrick irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima.

Għan-Naxxarin,  irritorna fl-azzjoni il-goalkeeper żagħ­żugħ Matthias Debono wara li serva logħba sospensjoni.

Dan filwaqt li Zabbar kel­lhom lill-coach Aniello Parisi sospiż biex minfloku mexxa lit-team l-assistent tie­għu, Fatos Daja. Huma kel­lhom ukoll lil Felix Wallace Bonilha, Kristian Keqi, Strahinja Jovancic, Justin Haber u Vinicius De Paiva sospiżi.

Zabbar fetħu l-iskor proprju fll-ewwel periklu li ħolqu man-nofs siegħa logħob meta DIOGO TAVA­RES b’xutt fil-baxx minn pożizzjoni angolata tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fil-35 minuta il-coach ta’ Naxxar, George Vella, għażel li jwettaq sostituzzjoni bikrija meta bidel lil Bacary Sane mas-sostitut Takuma Yamaguch, f’dik li dehret bħala waħda tattika.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Naxxar ħarġu ferm aggressivi fit-tentativ li jġibu l-iskor indaqs u fis-57 minuta xutt ta’ Maicon De Souza Da Silva minn tarf il-kaxxa ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper żagħżugħ, Luca Camilleri, li dawwar f’corner b’mod stupend.

Zabbar wieġbu fl-74 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Joao Pedro De Sa Mendonca li iżda ntemmet għoli.

Tliet minuti wara, David Oliveira Souza kellu x-xutt tiegħu devjat f’corner bi bravura minn Debono.

Iżda l-istess DAVID OLIVEIRA SOUZA ma kellux jiġi mċaħħad meta wara li rċieva mill-corner, li rriżulta sekondi biss wara, għola fuq kulħadd u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viċin tefa’ ġewwa, biex b’hekk iż-Żabbarin għalqu l-partita.

Naxxar wieġbu fl-84 minuta u resqu viċin li jnaqqsu l-marġni tal-iskor meta tentattiv mill-viċin tas-sostitut Takuma Yamaguchi ġie salvat tajjeb minn Camilleri.

Iżda kienu Zabbar li komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.

ZABBAR SP: 1-Luca Camilleri, 5-Jake Micallef, 10-Brian Ariel Gambarte, 11-Stefan Ilic (9-Sean Gatt 63), 13-Zachary Grech, 17-Jurgen Pisani, 19-Diogo Tavares, 31-Joao Pedro De Sa Mendonca, 55-Dorde Jovicic, 95-Marcelo Barros Santos (14-Antonio Pio Iervolino 87), 99-David Oliveira Souza – Coach: Fatos Daja

NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef, 4-Bacary Sane (7-Takuma Yamaguchi 35), 8-Neil Pace Cocks (15-Ryan Gilmour Cassar 75), 9-Edward Orlando Bolanos Angulo, 10-Edson Farias Cerqueira (13-Kayne Haber 85), 18-Hugo Dos Santos Coelho (30-Jean Paul Farrugia 75), 20-Laton, 23-Maicon De Souza Da Silva, 25-Fernando Barbosa Pereira, 33-Joao Vitor Moura Cardoso (31-Carliho Zamoranho 75)   – Coach: George Vella

REFEREE: Emanuel Grech

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Fyodor Zammit

SKORERS: D. Tavares 30, D. Oliveira Souza 77 (Z)

AMMONITI: Z. Grech (Z), Laton, F. Barbosa Pereira (N)