Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li għall-ħabta tas-7:20 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza u mutur, b’dan tal-aħħar jispiċċa fl-art.
Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur li aktar tard ittieħed lejn l-Isptar permezz ta’ ambulanza. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.