Sewwieq ta’ mutur kellu jittieħed l-Isptar wara li aktar kmieni kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq it-Telgħa tax-Xemxija fix-Xemxija.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Peugeot misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur misjuq minn raġel li s’issa għadha mhix magħrufa l-identità tiegħu.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li assistew lis-sewwieq tal-mutur. S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti.
It-triq kellha tingħalaq temporanjament sakemm il-pulizija kompliet bl-investigazzjonijiet tagħha.