Żagħżugħ ddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Fortunato Mizzi r-Rabat Għawdex.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Honda misjuq miż-żagħżugħ ta’ 22 sena residenti x-Xagħra u karozza tal-għamla Peugeot 107 misjuq minn raġel ta’ 75 sena residenti Għajnsielem.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadu lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar attenzjoni medika. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.