Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħal l-isptar wara li għall-ħabta tal-11.00am kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Valletta Road il-Mosta.
Jirriżulta li raġel ta’ 55 sena residenti San Pawl il-Baħar kien qiegħed isuq mutur Yamaha fejn għal xi raġuni kellu mpatt ma’ karozza Toyota CHR li kienet misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti l-Imsida.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li wara li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur, ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident filwaqt li l-kundizzjoni tas-sewwieq għadha pendenti.

