Saturday, December 21, 2024

Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara inċident tat-traffiku fil-Qala Għawdex

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-10.00am meta l-pulizija ġew informati li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Qala, il-Qala.

L-inċident seħħ bejn mutur u trakk pickup ta’ lewn aħmar. Kawża tal-impatt bejn il-mutur u t-trakk, is-sewwieq tal-mutur spiċċa mal-art bil-konsegwenza li kellu jisejjaħ tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Wara li ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post hu ttieħed l-Isptar b’ambulanza.

Dan is-sit jinsab informat li s-sewwieq tal-mutur hu raġel ta’ madwar 60 sena residenti l-Qala stess.

It-triq bħalissa tinsab magħluqa għat-traffiku, filwaqt li l-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa.

Ekonomija

Sport