Sunday, December 22, 2024

Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Furjana

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur li għandu 20 sena residenti l-Kalkara ttieħed l-isptar Mater Dei għall-aktar kura, wara li aktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-7:30 kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant Anna fil-Furjana.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Volkswagen misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Furjana u mutur tat-tip Tweet misjuq mill-vittma.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna medika lis-sewwieq ta’ mutur, sakemm ittieħed l-Isptar b’ambulanza li ssejħet fuq il-post.

Sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulzija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin

Ekonomija

Sport