Thursday, December 26, 2024

Sewwieq ta’ quad bike jitlef il-kontroll u jibqa’ dieħel f’ħajt

Aqra wkoll

Tliet irġiel Franċiżi ta’ 23 sena residenti tas-Sliema ttieħdu b’emerġenza l-Isptar Ġenerali, wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku f’Għawdex. 

Illum, għall-ħabta tat-2:40 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, Żebbuġ, Għawdex u hemm persuni li sofrew xi ġrieħi. 

Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari irriżulta li wieħed mill-irġiel kien qiegħed isuq il-Quad bike tat-tip Adly 320UD u għal xi raġuni tilef il-kontroll. Konsegwenza t’hekk, raġel Franċiż ieħor li kien qed isuq il-quad bike tat-tip Adly 320U fl-istess direzzjoni, prova jevita li jkollu mpatt iżda ħabat ma’ ħajt. 

Ir-raġel Franċiż l-ieħor kien passiġġier mar-raġel li kien qiegħed isuq il-Quad bike tat-tip Adly 320UD. 

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tliet persuni l-isptar Ġenerali għall-kura. Il- kundizzjoni medika tat-tliet persuni għadha ma ġietx iċċertifikata. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport