Friday, April 19, 2024

ATTENZJONI – Fih krustaċji li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta

Aqra wkoll

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi għall-krustaċji, minħabba li nstab li fih krustaċji li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta. 

Isem tal-prodott: Lamb and Carrot Dumplings

Ditta: Freshasia

Data tad-durabbilità: BBE 06.04.21

Użin: 400g

Kategorija: Prodott friżat 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected]

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook jew is-sit uffiċjali għal informazzjoni simili. 

Sport