Kien għall-ħatba tal-4pm meta fi Triq Sir Anthony Mamo f’Birkirkara seħħ aċċident li fih raġel ta’ 29 sena kellu jidaħħal l-isptar.
Skont dak irraportat, il-vittma kien qiegħed isuq scooter u għal xi raġuni kien involut f’ħabta ma’ karozza. Is-sewwieq tal-karozza huwa mara li tgħix ir-Rabat.
Għalkemm is-sewwieq tal-iscooter ingħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku xorta waħda ttieħed l-isptar. S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.