Tuesday, April 16, 2024

Is-saħħa tal-leġġendarju Brażiljan Pelé ddeterjorat għal kollox

Aqra wkoll

Saħħet il-leġġendarju Brażiljan, Pelé, iddeterjorat bil-konsegwenza li ddaħħal l-isptar f’Sao Paulo, b’ġismu kollu jbati minn nefħa kbira. 

Pelé, li bħalissa għaddej minn trattament għall-kanċer li nfirixlu ma’ ġismu kollu, daħal l-isptar Albert Einstein nhar it-Tlieta f’dik li kienet żjara “urġenti” minn martu, Marcia Aokoi.

L-istaff mediku fl-Einstein ikkonferma l-kundizzjoni tiegħu ta‘ nefħa ġenerali, infezzjoni u saħansitra ġiet identifika ‘insuffiċjenza tal-qalb dikumpensata’.

Qed jiġi rrappurtat ukoll li l-kura tal-kimoterapija fuq il-kanċer tiegħu m’għadhiex taħdem, filwaqt li ġie djanjostikat b’konfużjoni mentali fejn kien jidher ukoll aġitat mal-wasla tiegħu fl-isptar.

Sarulu diversi testijiet għal valutazzjoni ulterjuri tal-problemi misjuba u l-problemi fl-organi tiegħu li qed jingħalqu b’mod gradwali. 

Pele qed isib diffikultá  wkoll biex jiekol, filwaqt li tobba tal-isptar huma mħassba bis-sistema  nervuża tiegħu li ġġib magħha mard tal-fwied.

Huwa żmien inkwetanti ħafna għall-istaff mediku u għall-familja ta’ Pelé minħabba li ġismu mhux qed jirrispondi għall-kura li qed jingħata. 

Ekonomija

Sport