Friday, May 3, 2024

Sewwieq tal-ambulanzi jsuq 140 Kilometru bir-rota għal Dar Bjorn

... iltaqgħu l-Isptar u Martin ried jgħinu akkost ta' kollox

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Matul il-ġurnata tal-Ħadd wieħed mill-Emergency Ambulance Responders wettaq ġest mill-isbaħ biex ikompli jgħin lil Bjorn Formosa jkompli jwettaq il-ħolma tiegħu li jgħin aktar persuni vulnerabbli.

Martin Azzopardi rnexxielu jagħmel distanza ta’ 140 Kilometru bir-rota liema sfida bdiet kmieni għall-ħabta tas-7 a.m.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu mal-wasla f’Dar Bjorn f’Ħaż-Żebbuġ huwa rringrazzja lil martu għas-sapport kontinwu tagħha f’kulma jagħmel b’mod speċjali fi sfida bħal din li l-ħsieb warajha kien biss li jiġbor flus għal kawża ġusta.

Bjorn min-naħa tiegħu wkoll irringrazzja lil Martin u lill-kollegi tiegħu li minbarra servizz imprezzabbli li jagħtu lill-poplu kollu billi jkunu minn tal-ewwel biex jagħtu l-ewwel għajnuna fuq il-post, sabu ħin biex jgħinu lil Martin jagħmel din l-isfida. 

S’issa nġabru ftit aktar minn €750 u l-mira kienet li jinġabru €2,000. Dawk kollha li jixtiequ jgħinu lil Martin f’dan il-ġest nobbli jistgħu jagħmlu dan minn hawn taħt:

https://efr.alsmalta.org/support-martin-s-journey-and-donate-today?fbclid=IwAR3VTw7DiffpLCFIhFIACapJpDneeOe5nUNHx3dBhgQvuwMiBcFpo2JSayQ

Sport