Sunday, December 22, 2024

Sewwieqa Maltin tal-Karting jaffaċċjaw diffikultajiet minħabba maltemp fl-Italja

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-Sibt, 9 u 10 ta’ Marzu, erba’ sewwieqa żgħażagħ Maltin tal-Karting ikkompetew fl-ewwel rawnd tal-Kampjonat Rok Cup Italja fit-trakka Franciacorta fil-provinċja ta’ Brescia fl-Italja. It-temp ma kienx wieħed ideali għat-tiġrijiet. Is-sewwieqa kienu, Jessica Calleja, Morgan Zammit, Benji Borg Irimia, u Benjamin Westwood. Calleja u Westwood ikkompetew fil-Klassi Mini Rok, Zammit fil-Klassi Mini Rok u Under 10, u Borg Irimia fir-Rok Junior.

Waqt it-tiġrijiet, Calleja rnexxielu jitla’ fl-10 Post minn fost 54 sewwieq; madankollu, wara kuntatt fl-ewwel kantuniera tat-tellieqa finali spiċċaha fit-30 Post.

F’termini ta’ kwalifiki, Zammit tela’ fis-6 post minn fost is-27 sewwieq fil-grupp tiegħu u fit-2 post minn fost sewwieqa ta’ taħt l-10 snin. Fl-ewwel heat, Zammit spiċċa fil-11-il Post, iżda minħabba penalty ta’ 8 sekondi, kiseb it-18-il Post. Fit-tieni heat, irnexxielu jispiċċa fit-3 post fil-Mini Rok, fl-1 post fost sewwieqa ta’ taħt l-10 snin, u kellu l-aħjar ħin fuq dawra għal ħafna mit-tellieqa. Zammit tela’ mill-14-il post għall-5 post fl-ewwel dawra iżda kellu jirtira wara inċident.

Westwood, ikkompeta fil-Klassi Mini Rok, tela’ fil-11-il Post waqt it-tiġrijiet u spiċċa l-ġurnata fil-25 Post.

Borg Irimia kellu problemi kbar fil-magna, li żammewh milli jispiċċa ħafna mit-tiġrijiet. Eventwalment, spiċċa fil-25 post, iżda, minħabba l-penalties, kiseb is-47 Post.

It-tieni rawnd tal-Kampjonat ROK Cup Italja huwa skedat għas-Sibt u l-Ħadd, 13 u 14 ta’ April, fil-Pista Azzurra f’Jesolo, l-Italja.

Ekonomija

Sport