Esperjenza oħra kienet ta’ Seydou. Dan hu raġel, li jgħix u jaħdem f’pajjiżna. It-talba tiegħu għall-ażil ma kinitx ġiet aċċettata. Hu għandu dak li jissejjaħ il-‘Yellow Book’ li jista’ jitteħidlu minn idejh minn ħin għal ieħor. Il-‘Yellow Book hu dokument ipprovdut mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni. Dan jipprovdi għal dik li tissejjaħ aċċess regolat għas-suq tax-xogħol, imma bi drittijiet limitati. Seydou kien wasal f’Malta fis-sena 2020. Fil-bidu sabha diffiċli ħafna biex jaħdem f’pajjiżna. Kien jingħata xogħlijiet f’siti ta’ kostruzzjoni differenti. Kien iħossu li ħadd ma jagħti kasu.
Fi kliemu stess: “inti qiegħed hemm taħdem. Qiegħed taqla’ l-flus. Imma jittrattawk kif iridu huma. Taf li jekk tieqaf jew titkellem, hemm ħaddieħor lest għal dak ix-xogħol”.
Jitkellem fut il-possibilità li jistudja. Jgħid li din għaddietlu minn moħħu. Kien jgħix f’dak magħruf bħala il-Villaġġ tat-Tined f’Ħal Far. Il-gvern kien offrielu akkomodazzjoni għal sitt xhur biss. Din ħolqot pressjoni bira fuqu. Ried isib xogħol fi żmien qasir biex ikun jista’ jħallas l-akkomodazzjoni. Spiċċa jistudja fl-MCAST. Kien anke sab xogħol ma’ kumpanija fuq bażi full tajm għax-xhur tas-sajf. Kiken jadħem fil-permess tax-xogħol imma xorta waħda kien jiffaċċja sfidi. Dan għax il-permess tax-xogħol kien hemm bżonn li jkun aġġornat b’mod frekwenti. Is-sid tal-post tax-xogħol tiegħu kellu bżonn jitfakkar fuq l-iskadenza tal-permess u fuq il-proċess li kien hemm bżonn biex dan jiġġedded.
Seydou jgħid li meta tkun marid hi problema. Meta jinforma li hu marid, il-kollegi tiegħi kenu jqajmu dubji jekk hux verament marid u mhux darba u tnejn ġie akkużat li ma qalx il-verità.
“Kienu iġiegħluni inħossni li jien xi robot. Naħdem biss. Ma nistax nieħu leave tal-mard”, jiddikjara Seydou. Ma jonqosx li jgħid li kellu għadd ta’ problemi ma’ ħaddiema oħra sħabu, speċjalment dawk Maltin. Jgħid li jekk jagħmel żball kienu. Jagħmluha bi kbira. Isiru xenati kbar u jgħajtu miegħu. Imma jekk l-iżball isir minn ħaddiem Maltin, din tkun trattata b’mod differenti. Dak jibagħtu għalih u jitrattawha b’mod privat.
Jitkellem anke fuq il-kummenti dwar xogħlu, fejn jirrimarka li klijenti Maltin qatt ma kienu jagħmlu kummenti pożittivi dwar xogħlu, anke meta jkun jaf li għamel xogħol sew.
Mistoqsi jekk iħoss li dan iseħħ minħabba ir-razziżmu, hu jgħid li “dan hu parti mill-ħajja. Ma tiġrix f’Malta biss. Kemm ilni għaddejt minnha. Isseħħ għax in-nies iħarsu lejja b’mod differenti. Jien nipprova ma naħsibx fuqha aktar”.