Wednesday, July 24, 2024

“Sfortunatament inċidenti bħal tal-lum jiġru għalkemm qed nagħmlu minn kollox biex dawn isiru iktar rari”

-Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Chris Bonett

Aqra wkoll

“Wiegħdtkom li se nkun onest, li ser nżomm linja ta’ komunikazzjoni u ninfurmakom b’li qed jiġri. Ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’San Ġiljan kellhom jieqfu fil-5:30 ta’ dalgħodu. Infurmat li żviluppaw xi kumplikazzjonijiet waqt it-tqegħid tal-konkos u b’hekk it-triq baqgħet fuq lane waħda u ħolqot ‘bottle-neck’ li kkawza traffiku kbir. Il-kuntrattur ser jerfa r-responsabbilta’, pero’ nifhem ukoll li xi kultant ix-xogħol joħloqlok ċertu kumplikazzjonijiet. Infurmat li ż-żewg lanes infetħu fit-8:30.”

Qal dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Chris Bonett f’messaġġ b’reazzjoni għat-traffiku li nħoloq f’ċerti inħawi aktar kmien dalgħodu. B’referenza għal dak li kien hemm qrib il-Moskea, il-Ministru Bonett qal li llumm huwa l-Eid al-Fitr u li għalhekk kien hemm influss akbar mis-soltu ta’ nies li inġabru fiż-żona’ biex jiċċelebraw din il-festa.

Spjega kif minkejja li fuq il-post kien hemm numru ta’ uffċjali ta’ Tranport Malta u Uffiċjali tal-Infurzar li kienu qed jassistu sabiex itaffu l-problema tat-traffiku, xorta waħda kien hemm traffiku f’xi lanes fin-niżla tal-Moskea.

Dwar dan, huwa żied jgħid; “L-uffiċjali tal-infurzar ma għandhomx is-setgħa li fiżikament ineħħu n-nies mit-triq u għalhekk kellna bżonn l-intervent tal-Pulizija, u għalhekk is-sitwazzjoni damet xi ftit biex ġiet għan-normal”

Il-Ministru għat-Trasport temm jgħid li jixtieq jiskuża ruħu ma’ kull min kien affettwat u li bħalissa qed issir ħidma sabiex is-sitwazzjoni tat-traffiku titjieb. Qal li jemmen li fl-aħħar żminijiet kienu qed jaħdmu aħjar u minkejja l-inċidenti tal-lum, qed issir ħidma biex dawn isiru iktar rari.

Ekonomija

Sport