Friday, November 15, 2024

Shanghai qed timmira li sal-1 ta’ Ġunju tkun ġiet lura għan-normalità

Il-politika ta’ żero-Covid ma tħallix ir-riżultati mixtieqa

Aqra wkoll

L-awtoritajiet ta’ Shanghai fiċ-Ċina qalu li fl-1 ta’ Ġunju se jkun qiegħed jitneħħa l-lockdown strett li hemm impost minħabba l-Covid-19 u bil-mod il-mod is-sitwazzjoni f’din il-belt terġa’ tibda tirritorna lejn in-normalità. Il-lockdown f’din il-belt ilu fis-seħħ għal xejn inqas minn sitt ġimgħat u dan wassal għal daqqiet sostanzjali fuq l-attività ekonomika. 

Il-politika Ċiniża ta’ żero-Covid qiegħda twassal biex dan il-pajjiż jimxi f’direzzjoni kompletament differenti mill-bqija tad-dinja f’dak li jirrigwardja l-pandemija. Dan għaliex filwaqt li pajjiżi oħrajn qegħdin bil-mod il-mod ineħħu r-restrizzjonijiet, iċ-Ċi­na qiegħda żżidhom u dan għax jiġu rrapportati xi każijiet ġodda.

Meta wieħed jeżamina s-sitwazzjoni jinduna li l-politika ta’ żero-Covid, li l-għan tagħha huwa li teqred totalment l-virus u ma jkunx hemm iktar infezzjonijiet, mhix tħalli r-riżultati mixtieqa hekk kif xorta waħda qiegħed ikun hemm numru sostanzjali ta’ każi ġodda. 

Ekonomija

Sport