Wednesday, April 24, 2024

Player ta’ 17-il sena fl-Ingilterra jiddikjara li huwa omosesswali

Aqra wkoll

Il-player ta’ Blackpool, Jake Daniels, ħabbar apertament li huwa omosesswali. 

Dan l-attakkant ta’ 17-il sena huwa l-ewwel player professjonali fi 30 sena li stqarr l-orjentazzjoni tiegħu waqt li għadu jilgħab. 

F’kumment li kiteb fuq Twitter huwa qal: “Issa huwa ż-żmien it-tajjeb biex nagħmel dan. Barra minn hekk inħossni ħieles u kunfidenti li ngħid l-istorja tiegħi.

“Barra minn hekk inħossni mistrieħ u fil-paċi għax sakemm kont inżomm kollox għalija kont ngħaddi minn stress qawwi li ħalla impatt qawwi fuq is-saħħa mentali tiegħi.  

“Peró issa nħossni liberu.”

L-aħħar player professjonali li stqarr pubblikament li huwa omosesswali kien Justin Fashanu, f’Ottubru 1990. Fil-karriera tiegħu lagħab ma’ bosta timijiet fosthom Manchester City, Norwich u West Ham.

Sport