Thursday, September 4, 2025

Sheldon Micallef m’għadux imfittex

Aqra wkoll

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li Sheldon Micallef m’għadux imfittex. Huma rringrazzjaw lill-pubbliku tal-għajnuna li offra biex seta’ jinstab Micallef.

Aktar kmieni: Il-Pulizija titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex tinstab persuna

Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku sabiex tinstab persuna li qiegħda mfittxija mill-Pulizija.

Sheldon Micallef ta’ 18-il sena qed jiġi mfittex mill-Pulizija wara li telaq mingħajr permess minn ċentru ta’ rijabilitazzjoni tal-Caritas, fl-inħawi tas-Siġġiewi.

L-aħħar li deher kien liebes shorts iswed, flokk abjad bil-kmiem suwed u żarbun iswed.

Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 23/2025

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport