Monday, December 23, 2024

Shevchenko viċin li jinħatar il-coach tal-Polonja

Aqra wkoll

Minkejja  li kien imkeċċi f’dawn l-aħħar jiem minn coach ta’ Genoa, Andriy Shevchenko, mhux se jibqa’ mingħajr xogħol għal ħafna żmien hekk kif rapporti qed isostnu li huwa ntgħażel biex ikun il-coach nazzjonali tal-Polonja.

L-eks attakkant ta’ Milan kien ingħaqad ma’ Genoa f’Novembru li għadda meta ħa post Davide Ballardini li wkoll kien tkeċċa mill-kariga tiegħu. 

Huwa dam biss  xahrejn, meta tkeċċa mill-club Taljan minħabba sensiela ta’ riżultati negattivi bir-rekord tiegħu jkun rebħa, tliet draws u  seba’ telfiet bejn is-Serie A u l-Coppa Italia.

Madankollu, l-Ukren ta’ 45 sena jinsab viċin ħafna li jiffirma bħala l-coach il-ġdid tat-tim nazzjonali tal-Polonja u se jkollu bħala assistent lill-eks goalkeeper internazzjonali Pollakk u ta’ Liverpool, Jerzy Dudek.

Shevchenko kien il-coach tal-Ukrajna mill-2016 sal-2021 … bir-rekord ikun ta’ 25 rebħa, 13-il staġnar u 14-il telfa.

Huwa mexxa lit-team sal-kwarti tal-finali tal-Euro 2020 qabel it-telfa ta’ 4-0 kontra l-Ingilterra.

Il-Polonja qed ifittxu coach ġdid wara li Paulo Sousa rriżenja wara biss 15-il partita … biex jieħu f’idejh tmexxija tat-team Brażiljan, Flamengo.

Ekonomija

Sport