Friday, November 22, 2024

Shop Safe Malta: Ġest mill-isbaħ biex jgħinu lil dawk li ġew milquta finanzjarjament kaġun tal-pandemija tal-Covid-19

Aqra wkoll

Minn KURT VELLA St JOHN

“Hemm bżonn ta’ solidarjetà li tmur lil hinn mill-bżonn immedjat ta’ distanza soċjali. L-effetti tal-coronavirus x’aktarx jinħass għal tul twil ta’ żmien wara li l-miżuri ta’ tbegħid soċjali jiġu rilassati u aħna nħossuna impenjati li ngħinu lill-komunità f’dan.”

L-istil ta’ ħajja tagħna nbidlet b’mod drammatiku fl-aħħar ftit ġimgħat. L-isfrattu mingħajr preċedent li qam kixef kwistjonijiet personali u soċiali u ħalla lil xi nies diżorjentati u anzjużi. Kulħadd jaf dan u aħna lkoll ħassejna l-effetti tiegħu b’xi mod jew ieħor.

Irrealizzajna malajr l-impatt li x-xiri tal-merċa jista’ jkollu fuq ir-riżultat tal-pandemija peress li x-xiri tal-merċa jibqa’ l-iktar attività prominenti li jinvolvi interazzjoni ta’ nies b’riskji għoljin ta’ kontaminazzjoni inkroċjata. Kemm jekk ix-xiri jsir minn ħwienet kif ukoll jekk isir permezz ta’ servizzi ta’ kunsinna, hemm ħafna jdejn involuti. Iddeċidejna li naġixxu f’dan il-qasam u noffru l-kontribuzzjoni tagħna għas-saħħa u s-sigurtà tal-komunità Maltija. Għal din ir-raġuni twieldet il-paġna ‘Shop Safe Malta’ u l-komunità tagħha ta ‘Safe Shoppers’.

Id-differenza bejn li tkun sigur u li tkun imprudenti hija li żżomm ħajjin prattiki sempliċi, u għalhekk ħloqna spazju fejn nistgħu ntellgħu r-riżorsi u naqsmuhom mal-komunità tagħna ta’ ‘Safe Shoppers’ sabiex ngħinu biex nindirizzaw il-prattiki żgħar ta’ kuljum li jistgħu jagħmlu d-differenza kollha fir-riżultat tal-pandemija.

Permezz ta’ dan kollu, xtaqna ngħinu lil dawk li ġew milquta finanzjarjament mill-effetti tal-coronavirus u aħna impenjajna ruħna għal għotja ta’ €50 fil-ġimgħa sakemm is-sitwazzjoni tirritorna għal xi forma ta’ normalità. Barra minn hekk, immaġinajna li jkun mezz pjaċevoli ta’ kif nistgħu nżommu kuntatt man-nies u nżommuhom interessati fil-messaġġ tagħna.

Is-segwaċi tal-paġna jistgħu jsibu r-rikjesta tagħna ta’ kull ġimgħa fuq il-paġna u l-grupp li permezz tagħhom jidħlu fiċ-ċans li jirbħu l-għotja filwaqt li r-rebbieħ jitħabbar kull nhar ta’ Sibt filgħaxija.

Ir-rispons kien inkoraġġanti immens u dan ikkonsolida l-impenn tagħna għall-kawża. L-ikbar lezzjoni tagħna s’issa kienet li hemm bżonn ta’ solidarjetà li tmur lil hinn mill-bżonn immedjat ta’ distanza soċjali. L-effetti tal-coronavirus x’aktarx jinħass għal tul twil ta’ żmien wara li l-miżuri ta’ tbegħid soċjali jiġu rilassati u aħna nħossuna impenjati li ngħinu lill-komunità f’dan għax huwa fejn l-iktar li jagħmel effett. Għalhekk se nkomplu nkabbru dan l-ispazju prevedibbilment.

Fl-ispirtu ta’ dan kollu, qed nittamaw li ntejbu l-kontenut u l-premjijiet tagħna. Peress li qed nagħmlu dan b’mod volontarju, aħna nħeġġu li kull negozju li jixtieq li jisponsorjana jew jissupplimenta l-premjijiet tagħna, biex ikellimna. Tista’ tikkuntattjana permezz tal-paġna tagħna.

Nirringrazzjaw lil kull min hu involut fl-immaniġġjar tal-pandemija f’Malta u lin-nies kollha li b’xi mod qed jikkontribwixxu biex jgħinu l-komunità lokali. In-nazzjon tagħna fil-biċċa l-kbira kien mudell eżemplari s’issa u nħeġġu lin-nies biex jibqgħu responsabbli u kkunsidrati fil-prattiki ta’ kuljum tagħhom! Dan huwa żmien għal solidarjetà kbira u ninsabu kunfidenti li nistgħu noħorġu minn dan iż-żmien ta’ prova b’sens ta’ komunità li tippenetra l-kultura tagħna.

Sport