Thursday, December 26, 2024

“Sidien ta’ negozji b’sentiment komuni li mingħajr il-Gvern tal-PL l-istorja kienet tkun ferm differenti”

- Il-PM jisħaq dwar sostenn kontinwu fi żminijiet diffiċli

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Ġimgħa oħra fejn rajt il-frott tal-ħidma li qed nagħmlu. Biex tant persuni jimxu ‘l quddiem. Żort il-kumpanija Trelleborg. Jgħidulek illi kieku l-gvern ma ħax id-deċiżjoni li jgħin billi jżomm stabbli t-tariffi tal-enerġija, allura listorja setgħet kienet differenti. Sentiment komuni fost investituri differenti.”

Hekk iddikjara l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela waqt li kien qiegħed jindirizza attività politika fis-Siġġiewi. Il-Prim Ministru saħaq kif l-aħħar ġimgħa kienet ġimgħa oħra ta’ riżultati tad-deċiżjonijiet li ttieħdu fl-aqwa interess tal-Għawdxin u l-Maltin. Hawnhekk, huwa semma li l-ekonomija u l-istabbiltà mhux numri imma l-esperjenza reali tan-nies. 

Dr Abela irrefera għall-investiment kbir li żar din il-ġimgħa stess fl-Università ta’ Malta, investiment ta’ xejn inqas minn €40 miljun fir-riċerka u l-innovazzjoni.

Irrimarka wkoll dwar l-importanza tal-paċi u stabbiltà fid-dinja, mhux l-inqas fil-Mediterran. Dwar it-traġedja li seħħet jumejn ilu, huwa esprima s-sogħba għat-telfa ta’ ħames ħajjiet ftit tal-jiem ilu filwaqt li wera rikonoxximent għall-ħidma tal-forzi armati ta’ Malta li salvat disgħa u għoxrin ħajja.

Il-PM tenna wkoll kif sa din il-ġimgħa stess, fil-fora Ewropea reġa’ wassal messaġġ favur il-paċi.  “Malta li temmen fil-paċi u li taħdem għall-paċi.” Hawnhekk, semma kif il-Gvern Malti laqa’ t-talba biex jassisti b’mod umanitarju lit-tfal tal-Palestina.

Ekonomija

Sport