Qaddiefa ta’ Siġġiewi Rowing Club – Mark Schembri, Joseph Grima, Eduardo Saraiva u Carlos Asin, taħt it-treġija tat-tmunier Michele Dagostino, irnexxielhom jikklassifikaw fit-tielet post f’regatta bil-“Gozzo Nazionale” li saret ix-xahar li għadda f’Taranto, l-Italja.
Din ir-regatta, magħrufa bħala “Rowing Endurance – Porte dello Jonio Cup,” ġiet ospitata minn ASD Palio di Taranto u saret fl-ibħra kemxejn turbulenti li jdwaru il-belt storika u antika ta’ Taranto. Ir-regatta kienet tinkludi tlielaq li jieħdu madwar għoxrin minuta bil-“Gozzo Nazionale,” laneċ tradizzjonali b’għaxar imqadef, kif ukoll tiġrija folkloristika fejn il-qaddiefa jaqdfu bil-wieqfa li fiha ħa sehem il-qaddief Mark Schembri. Din ir-Regatta hija sanzjonati mill-FICSF, il-federazzjoni Taljana għall-qdif tradizjonali li affiljata mal-CONI, il-Kumitat Olumpiku Taljan.
Siġġiewi Rowing Club iqis regatti bħal dawn li jsiru barra min xtutna bħala essenzjali għall-formazzjoni tal-atleti tagħhom u biex titkabbar il-kultura tal-qdif. “Avvenimenti bħal dawn jippermettu lill-atleti tagħna jaqdfu fuq dgħajjes differenti u jiksbu esperjenza siewja fl-adattament għal kundizzjonijiet ta` baħar u temp differenti.”
Il-parteċipazzjoni f’din ir-regatta kienet possibbli grazzi għall-appoġġ ta’ SportMalta lil Siġġiewi Rowing Club permezz tal-International Participation Scheme.