Sunday, December 22, 2024

“Silvio kien il-politiku ideali biex tpoġġi bilqiegħda miegħu u jisma’ l-proposti”

Id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista, Robert Cutajar, waqt li kien qed jindirizza l-Kamra tad-Deputati fit-tislima li ngħatat lil Silvio Parnis qal li dan kien politiku leali biex tpoġġi bilqiegħda miegħu u kien jisma’ l-proposti. Sostna li hu ħadem fil-qrib ma’ Silvio f’settur li kien għal qalbu l-Kunsilli Lokali. Cutajar qal li jumejn qabel miet kien mar l-isptar jarah u qasam miegħu żewġ esperjenzi importanti li seħħew fil-ħajja politika tiegħu.

Min-naħa tagħha, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li għal Silvio Parnis, l-anzjani kienu l-mimmi ta’ għajnejh. Hija rreferiet ukoll għal messaġġ li kien bagħtilha li kien jgħid: “Inħeġġiġkom sabiex tindirizzaw l-isforzi tagħkom lejn dawk li jitolbukom l-għajnuna: agħtuhom vuċi, isimgħu l-istorja tagħhom u ppruvaw ifhmu l-ħtiġijiet tagħhom. Araw fihom ħuk u oħtok, iben u bint, omm u missier. Fost il-ħafna sfidi fil-ħajja tal-lum araw il-wiċċ umana ta’ dawk li b’insistenza qed jitolbu l-għajnuna.”

Intant, min-naħa tiegħu l-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard qal li Silvio Parnis se jibqa’ mfakkar bħala l-politiku tan-nies. Sostna li se jħalli vojt kbir, iżda se jsir dak kollu posibbli biex il-memorja tiegħu tibqa’ ħajja.

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia wkoll sellem il-memorja ta’ Silvio Parnis, li kien “bniedem li ħabbu kulħadd u baqa’ sal-aħħar jaħseb fin-nies.”

Ekonomija

Sport