Wednesday, March 27, 2024

Rafael Leao jiċħad xnigħat foloz dwar it-tiġdid tal-kuntratt tiegħu 

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Portugiż ta’ AC Milan, Rafael Leao, xejjen rapporti foloz dwar it-tiġdid tal-kuntratt tiegħu li kienu jgħidu li qed jitlob €10 miljuni flimkien ma’ kummissjoni kbira. 

Il-player ta’ 23 sena jinsab f’taħditiet mar-Rossoneri dwar ftehim ġdid. Il-kuntratt attwali tiegħu jintemm f’Ġunju 2024, iżda d-diriġenti, Paolo Maldini u Ricky Massara, ilhom li fetħu n-negozjati ma’ Leao. 

Normalment huwa ma jikkummentax dwar xnigħat fir-rigward tan-negozjati ma’ Milan iżda din id-darba għamel eċċezzjoni.

F’post fuq il-media soċjali Leao kiteb: “Aħbarijiet foloz bħas-soltu”.

Rapporti fil-media Taljana qed isostnu li Milan qed joffrulu kuntratt ġdid ta’ €7 miljuni fis-sena flimkien ma’ bonuses oħra. 

Leao ingħaqad ma’ Milan għal €30m fl-2019 u skorja 35 goal f’137 logħba maċ-champions renjanti tas-Serie A.

Ekonomija

Sport