Saturday, December 21, 2024

Simonds Farsons Cisk plc iċċertifikata mill-ġdid bil-Marka tal-Ugwaljanza mill-NCPE

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) reġgħet iċċertifikat lil Simonds Farsons Cisk plc bil-Marka tal-Ugwaljanza. Dan iċ-ċertifikat hu bbażat fuq evidenza li l-kumpanija baqgħet impenjata li timplimenta l-politika u l-prattiċi relevanti mal-ugwaljanza tal-ġeneru kif ukoll miżuri għall-familja fil-post tax-xogħol u fil-provvista tal-prodotti u s-servizzi. 

Il-Manager tar-Riżorsi Umani tal-Grupp, is-Sa Antoinette Caruana, qalet li, “il-kumpanija kburija li għal darb’oħra ġiet iċċertifikata bil-Marka tal-Ugwaljanza, li hija rikonoxximent formali tal-impenn tagħna li nipprovdu aċċess indaqs għal opportunitajiet fil-karriera lill-impjegati, lil hinn mill-ġeneru u r-responsabbiltajiet tal-familji tagħhom. Din iċ-ċertifikazzjoni tagħraf mill-ġdid li Simonds Farsons Cisk issegwi l-istandards relatati mal-ugwaljanza tal-ġeneru.”

Dawn jinkludu proċedura interna ta’ rappurtaġġ f’każ li l-impjegati jkunu jixtiequ jitkellmu fuq xi kwistjoni relatata. Il-prinċipji tar-reklutaġġ u tal-impjiegi tal-kumpanija huma bbażati fuq il-provvista ta’ opportunitajiet indaqs lill-kandidati, irrispettivament mill-ġeneru. L-impjegati jiġu offruti opportunitajiet indaqs għall-avvanz fil-karriera u l-iżvilupp personali, u aċċess għal skemi favur il-familja.

Simonds Farsons Cisk torganizza wkoll sessjonijiet ta’ taħriġ fuq id-diversità u l-ugwaljanza tal-ġeneru bħala parti mill-impenn tagħha li toħloq kuxjenza fuq dan il-qasam.

Ekonomija

Sport