Sunday, December 22, 2024

Simone Pafundi jsir l-iżgħar player li ddebutta għall-Italja f’aktar minn 100 sena

Aqra wkoll

Il-player żagħżugħ ta’ Udinese, Simone Pafundi, sar l-iżgħar player li ddebutta għall-Italja f’aktar minn 100 sena .. fl-etá ta’ 16-il sena u 247 jum biss.

Dan il-midfielder offensiv normalment jilgħab wara l-attakkanti u ġie mqabbel ma’ Lionel Messi għall-karatteristiċi tiegħu.

Huwa skorja erba’ goals f’ħames logħbiet għall-iskwadra Taljana ta’ Taħt is-17-il sena u ġie promoss direttament fit-team tal-kbar fir-rebħa ta’ 3-1 fil-partita ta’ ħbiberija kontra l-Albanija. 

Roberto Mancini ta d-debutt lil Pafundi fl-aħħar minuti tal-logħba meta daħal jilgħab fil-post ta’ Marco Verratti. 

Ta’ 16-il sena u 247 jum, huwa sar l-ewwel plejer li għamel id-debutt fl-iskwadra tal-kbar fl-Italja qabel l-età ta’ 17-il sena fl-aħħar 100 sena.

Hu m’għandux ir-rekord assolut għall-Azzurri, għax dak għadu qed jitgawda minn  Pietro Antonio Gavinelli, li kellu 16-il sena u 97 jum meta lagħab fid-draw ta’ 2-2 kontra Franza, fid-9 ta’ April 1911.

Renzo De Vecchi jinsab fit-tieni post meta ta’ 16-il sena u 111-il jum huwa ddebutta fit-telfa ta’ 6-1 kontra l-Ungerija, fis-26 ta’ Mejju, 1910.

Pafundi lagħab biss logħba waħda fis-Serie A għal Udinese, u daħal għal 22 minuta fir-rebħa ta’ 4-0 barra minn darhom kontra Salernitana, fit-22 ta’ Mejju 2022.

Ekonomija

Sport