Singapor qiegħed iħejji ruħu sabiex jagħti l-piena tal-mewt lil mara ta’ 45 sena. Din hija l-ewwel darba f’għoxrin sena, li dan il-pajjiż se jagħti l-piena tal-mewt fuq mara. Dan qaluh l-avukati tad-drittijiet tal-bnedmin.
Saridwi Djamani minn Singapor instabet ħatja li lura għal l-2018 traffikat 30 gramma eroina. Hija se tkun it-tieni persuna li nstabet ħatja fuq traffikar ta’ drogi u li se tkun qegħda tiġi eżegwita fi tlett ijiem.
Singapor għandu wħud mill-aktar liġijiet iebsa fid-dinja kontra d-droga. Il-pajjiż jemmen b’qawwa sħiħa li dawn il-liġijiet huma meħtieġa sabiex is-soċjetà ikollha l-protezzjoni meħtieġa.
Din is-sitwazzjoni qajjmet diversi perspettivi differenti. Il-biljunarju Brittaniku Sir Richard Branson ikkritika l-fatt li persuna tigħata l-piena tal-mewt minħabba akkużi relatati ma’ traffikar tad-droga.
Ta’ min wieħed jinnota li l-piena tal-mewt tal-akkużata, Saridwi Djamani, se tkun l-ewwel mara eżegwita mill-belt-stat mill-parrukkier Yen May Woen fl-2004. Yen instab ħati wkoll ta’ traffikar ta’ droga.
Il-midja f’Singapor irrapportat li waqt il-ġuri, Saridewi xehdet li kienet qed tiġbor l-eroina għall-użu personali matul ix-xahar tas-sawm Iżlamiku. Hija ma ċaħditx li biegħet drogi bħall-eroina u l-metamfetamina mill-appartament tagħha.
L-awtoritajiet jargumentaw li liġijiet stretti dwar id-droga jgħinu biex iżommu Singapor bħala wieħed mill-aktar postijiet sikuri fid-dinja u li l-piena kapitali għal reati tad-droga tgawdi appoġġ pubbliku wiesgħa.