Monday, May 13, 2024

Il-Pulizja twissi minħabba messaġġi qarrieqa b’email

Aqra wkoll

Il-Pulizija qiegħda tappella lill-pubbliku għal aktar attenzjoni, hekk kif fl-aħħar jiem komplew jidħlu rapporti ta’ persuni li qegħdin jirċievu messaġġi qarrieqa permezz ta’ email.

Permezz ta’ dawn l-emails qarrieqa, il-pubbliku qiegħed jirċievi email bil-lingwa Maltija fejn qiegħed tinġibidlu l-attenzzjoni li bdiet “investigazzjoni” fuq min qed jirċievi l-email wara li sar ilment fuqu u qed ikun mitlub jagħmel kuntatt ma’ uffiċjal ta’ dik li qed tissejjaħ “Brigata għallĦarsien tal-Minuri fi ħdan l-Interpol.”

L-email tinkludi wkoll attachment, bl-Ingliż bil-kelma “Taħrika” fejn il-persuna li qed tirċievi lemail qiegħed ikun infurmat li qed ikun investigat fuq pornografija, pedofilja, u ħtif ta’ minuri, fost akkużi oħra.

Din l-email mhi xejn għajr scam !

Jekk tirċevih … injorah.

Għinuna nxerdu dan il-messaġġ. Tistgħu ukoll tagħmlu share tal-post dwar din l-iscam fuq ilFacebook Page tal-Korp tal-Pulizija – The Malta Police Force.

Sport