Saturday, November 23, 2024

“Sinjal ta’ kemm il-ġenituri għandhom fiduċja f’dak li nagħmlu”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn MARIA AZZOPARDI

Il-ftuħ mill-ġdid ta’ SkolaSajf ifisser pass eqreb lejn in-normalità fejn, wara madwar tliet xhur bl-iskejjel magħluqa, it-tfal se jkollhom mill-ġdid rutina li hija xi ħaġa ferm importanti filwaqt li se jkunu qed jitgħallmu tip ta’ edukazzjoni differenti f’ambjent sikur. 

B’kollox din is-sena daħlu madwar 8,000 applikazzjoni għal SkolaSajf, total li l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici ddeskrivih bħala sinjal pożittiv ta’ kemm il-ġenituri għandhom tassew fiduċja f’dak li qed jagħmlu u sinjal ukoll li qed ikunu mudell ta’ kif għandhom isiru l-affarijiet fis-settur edukattiv. 

Il-Ministru Bonnici qal li hemm mal-1,600 persuna ingaġġata biex taħdem fi SkolaSajf li se jwettqu xogħol impekkabbli b’tant dedikazzjoni u b’paċenzja kbira. Intant, se jkunu qed jiftħu mal-55 ċentru madwar Malta u Għawdex.

It-tema ta’ din is-sena ta’ SkolaSajf hija ‘My planet, my home’ li jfisser li se tkun qed tiffoka fuq in-natura u l-ambjent. Ħaġa differenti mis-soltu li wieħed jista’ josserva fi SkolaSajf ta’ din is-sena hija li se tkun qed tinfetaħ ġimgħatejn qabel u b’hekk se jkun hemm total ta’ 10 ġimgħat flok it-tmien ġimgħat li s-soltu tiftaħ, li tfisser aktar għajnuna għall-familji fis-soċjetà tagħna filwaqt li t-tfal ikollhom struttura u rutina li tant ikunu jixtiequ.

Il-ftuħ mil-ġdid tal-iskejjel tas-sajf seta’ jkun possibbli wara diversi diskussjonijiet u frott ta’ ħidma kollettiva fejn Malta baqgħet issegwi mill-qrib dak li kien qed jiġri filwaqt li baqgħet mixja u ffukata biex l-affarijiet jerġgħu mill-ġdid jiftħu fil-mument opportun. Fil-fatt b’ħidma kollettiva, erba’ ġimgħat ilu reġgħu fetħu mill-ġdid iċ-childcare centres, fejn għal kuntrarju ta’ dak li ġara f’ċertu pajjiżi barra minn Malta, ma reġgħux għalqu ftit wara li nftetħu. F’Malta mhux biss ma kienx hemm każ tal-virus imma saħansitra kien hemm żieda fit-tfal li jmorru li juri fiduċja fis-sistema.

Sport