Monday, May 13, 2024

Franza tissospendi r-rwol tagħha f’missjoni navali tan-NATO minħabba kwistjoni mat-Turkija

Aqra wkoll

L-ambaxxatur Tork għal Franza qal li Franza informat lin-NATO qiegħda tissospendi l-parteċipazzjoni tagħha f’operazzjoni navali fil-Mediterran. 

Dan wara li Franza ddeskrivit bħala aggressiva l-attitudni tat-Turkija lejn il-bastiment tal-gwerra Franċiż, Courbet. 

Il-ħbiberija bejn dawn iż-żewġ membri tan-NATO, marret għall-agħar fl-aħħar ġimgħat minħabba l-Libja, it-tramuntana tas-Sirja u minħabba t-tħaffir fil-Lvant tal-Mediterran. 

Franza akkużat lill-bastimenti tat-Turkija li kienu aggressivi meta pprovat tispezzjona bastiment Tork f’Ġunju, li kien maħsub li jikser l-embargo fuq l-armi tal-Ġnus Magħquda fil-Libja. 

In-NATO fetaħ investigazzjoni wara li Franza pprotestat waqt laqgħa li saret f’Ġunju. Madankollu, jidher li l-esperti tan-NATO ma leħqux din il-konklużjoni u għalhekk il-Franċiżi rtiraw minn dan l-eżerċizzju tan-NATO. 

Sport