Il-virus fuq dawk milqutin b’effetti fit-tul ħalla diversi sintomi, iżda skont tim mill-Università ta’ Leeds jidher li bidla fil-kulur tal-ġilda tas-saqajn huwa sintomu mhux daqstant familjari li jista’ jkun assoċjat mal-Covid-19.
F’każ mill-aktar riċenti rrappurtat fil-ġurnal ‘The Lancet’ ġie spjegat kif raġel ta’ 33 sena spiċċa b’saqajh ikanġu fil-blu wara xi minuti bilwieqfa.
Skont l-istess rapport ir-raġel beda jbati mill-kundizzjoni tal-Acrocyanosis fejn saqajh bdew jibdlu l-kulur fl-aħmar sakemm aktar tard bdew jiġu fil-blu. Wara 10 minuti s-sitazzjoni kompliet tiggrava u l-pazjent beda jesperjenza ħakk kbir f’saqajh. Huwa straħ u wara żewġ minuti l-kulur tal-ġilda reġa’ lura għal kif kien qabel.
Il-pazjent qal li l-ewwel darba li esperjenza din il-kundizzjoni kien wara li laqqat il-virus tal-Covid-19.
Il-Professur u Konsulent tal-Mediċina Dr Manoj Sivan iddeskriva dan il-każ bħala wieħed li spikka f’pazjent li qatt ma esperjenza din il-kundizzjoni qabel ma’ ġie pożittiv għall-Covid-19.
“Pazjenti li qed jesperjenzaw dan is-sintomu jistgħu ma jkunux konxji li din tista’ tkun sintomu ta’ long covid u problemi fis-sistema tan-nervituri u jistgħu jibqgħu mħassba b’dak li jkunu qed jesperjenzaw. Fl-istess waqt, saħansitra esperti mediċi jistgħu ma jkunux konxji tar-rabta li jista’ jkun hemm bejn l-acrocyanosis u l-long Covid”, spjega Dr Sivan.
Huwa qal ukoll li aktar minn 200 sintomi ta’ long covid kienu identifikati minn meta l-kundizzjoni bdiet waqt il-pandemija, b’ħafna mill-każi jirrigwardjaw għeja u nuqqas ta’ attenzjoni kawża ta’ stress.
Filwaqt li appella għal aktar assessjar dwar din il-kundizzjoni, Dr Sivan