Friday, December 13, 2024

Sirens jiksbu rebħa importanti fuq Valletta

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sirens ………2

Valletta …….1

Sirens dawru telfa f’rebħa u għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 2-1 biex għamlu pass lejn il-kwalifikazzjoni għaċ-Championship Pool filwaqt li komplew jesponu l-kriżi tal-Beltin li issa ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar seba’ partiti.

Għall-Beltin irritorna l- coach, Danilo Doncic, għat-tieni responsabbiltá tiegħu fit-tmexxija tat-team.

Huma kellhom bidu mill- aqwa hekk kif wara ħames minuti fetħu l-iskor meta Enmy Pena Beltre għadda lejn Mario Fontanella li serva lil IVAN CURJURIC  li permezz ta’ xutt b’saħħtu kważi minn tarf il-kaxxa spara fix-xibka.

Iżda ftit li xejn damu jgawdu dan il-vantaġġ hekk kif seba’ minuti wara Sirens ġabu l-iskor indaqs meta fit-12-il minuta Degran Jackson xeħet cross-shot fil-baxx li sab lil VITOR VIEIRA li mill-viċin ma żbaljax.

Fit-23 minuta, il-Pawlini marru fil-vantaġġ meta Jackson xeħet lejn VITOR VIEI­RA li avvanza tajjeb qabel tefa’ l-ballun wara Guarnone.

Dan il-goal ħasad għal kollox lill-Beltin li dehru demoralizzati għal kollox u fid-39 minuta Sirens kienu għoddhom skorjaw it-tielet goal meta Marios Lomis kellu free­kick salvat parzjalment minn Guarnone u mir-rebound Bogdan Gavrila għamel l-impossibbli u xeħet barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Valletta ħarġu determinati li jġibu l-iskor indaqs u fit-58 minuta resqu viċin li jagħmlu dan meta Shaun Dimeh għadda tajjeb lejn Haris Dilaver li kellu x-xutt tiegħu jiġi salvat minn fuq il-linja fatali mis-sostitut, Diego Albanese.

Sirens wieġbu fit-62 minuta u kienu sfortunati li ma skorjawx it-tielet goal meta Degran Jackson kellu xutt mid-distanza li stampa mal-mimduda, bil-Beltin jeħilsuha ħafif.

Għall-kumplament tal-partita, il-Pawlini rnexxielhom jikkontrollaw kull sitwazzjoni biex il-Beltin rari kienu perikolużi.

SIrens: 1-Jonathan Debono, 5-Henrique Marcelino Motta, 9-Mariso Lomis (11-Alfred Effiong 77), 10-Bogdan Gavrila (88-Neto Renato Cardoso Porto 64), 15-Adrian Borg, 16-Timmy Tabo­ne Desira (14-Diego Albanese 46), 21-Carlo Zammit Loanrdelli, 22-Alex Cini, 30-Carlos Riascos Castillo, 31-Degran Jackson, 33-Vitor Vieira (23-Francis William   Avo­ce 87) – Coach: Winston Muscat

Valletta: 26-Alessandro Guarnone, 5-Ryan Camilleri, 6-Triston Caruana, 8-Luis Carlos Murillo (92-Kevin Tulimieri 59), 9-Haris Dilaver (77-Caio Prado 71), 10-Shaun Dimech (17-Andrea Zammit 71), 18-Enmy Pena Beltre, 20-Ivan Curjuric, 24-Rowen Muscat (14-Christian Gauci 59), 66-Eslit Sala, 89-Mario Fontanella – Coach: Danilo Doncic

REFEREE: Matthew Degab­riele

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORERS: I. Curjuric 5 (V), V. Vieira 12, 23 (S) 

AMMONITI:D. Jackson, D. Albanese, A. Effiong (S), L. C. Murillo, E. Sala, C. Gauci, R. Camilleri, K. Tulimieri (V)

Ekonomija

Sport