Saturday, December 21, 2024

Sirens jitilgħu fil-ħames post tal-klassifika

Aqra wkoll

Sirens ……..1

Sta Lucia ….1

Sirens dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 fuq Sta Lucia biex kisbu rebħa importanti biex jikkwalifikaw għaċ-Cham­pionship Pool.

Kienet logħba sabiħa b’Sta Lucia, minkejja li għal darb’oħra spiċċaw fuq in-na­ħa telliefa,  kellhom wirja taj­ba iżda quddiemhom sabu lill-goalkeeper Jonathan Debono f’vena mill-aqwa.

Iż-żewġ timijiet għamlu  xi bidliet mill-aħħar ħarġa tagħhom. Għal Sirens iddebutta Henrique Marcelino Motta minflok is-sospiż Adrian Borg u beda wkoll mal-ewwel ħdax Vitor Vieira li ġie ppreferut minn Alfred Effiong.

Min-naħa l-oħra, Sta Lucia kel­lhom lill-goalkeeper Chris­topher Farrugia jieħu post l-imweġġa’ Justin Haber waqt li Victor Luiz Prestes Filho u Liam Mckay bdew minflok Meghon Valpoort u Jan Tanti.

Kienu l-Luċjani li ħarġu tajjeb u fis-7 minuta xutt b’saħħtu ta’ Prates Filho minn barra l-kaxxa għadda ftit barra u minuta wara, l-istess player għadda l-ballun lejn da Silva Souza li kellu konklużjoni tiegħu mblukkata minn Jonathan Debono. Sirens irrispondew b’xutt angolat ta’ Vieira li falla bi ftit.

Fis-27 minuta, Santa Lucia fetħu l-iskor meta minn az­zjoni ta’ Da Silva, il-ballun ġie mxellef lejn Albanese li pprova jgħaddih bir-ras lejn il-goalkeeper sieħbu iżda VITO PLUT interċetta u qab­bżu minn fuq Debono.

Iżda fid-29 minuta, Sirens ġabu l-iskor indaqs meta Kemar Reid temm azzjoni tajba fuq ix-xellug billi daħal fil-kaxxa u qassam lejn VITOR VIEIRA li b’xutt preċiż għe­leb lil Farrugia.

Fis-36 minuta Pulis kien għoddu tefa’ lil Santa Lucia minn fuq b’xutt mill-isbaħ li iżda ġie mdawwar f’corner bi bravura minn Debono.

Fil-61 minuta, il-Luċjani resqu viċin meta l-konklużjoni ta’  Alan da Souza għad­diet jħakkek mal-lasta.

Fis-66 minuta, Sirens skor­jaw il-goal tar-rebħa meta Vieira daħal tajjeb mal-linja mil-lemin u xxuttja fil-baxx b’McKay jimblokka u pront ikun CARLO ZAMMIT LONARDELLI li għe­leb lil Farrugia b’xutt fil-baxx.

Fit-72 minuta Santa Lucia rrispondew bi free-kick ieħor ta’ Da Silva u għal darba oħra Debono salva tajjeb.

SIRENS: 1-Jonathan Debono, 5-Henrique Marcelino Motta, 7-Conor Borg (31-Degran Jackson 61), 9-Kemar Reid, 10-Bogdan Gavrila (77-Carlos Flores 77), 14-Diego Albanese, 17-Jacob Walker, 21-Carlo Zammit Lonardelli (11-Alfred Effiong 78), 22-Alexander Cini, 30-Carlos Riascos, 33-Vitor Viei­ra – Coach: Winston Muscat

STA LUCIA: 12-Christopher Farrugia, 4-Andre Prates, Jurgen Pisani, 6-Nicholas Pulis, 8-Patrick Silva Mota, 9-Vito Plut, 10-Alan da Souza Silva, 17-Victor Luiz Prestes Filho, 22-Jamie Zerafa (11-Meghon Davidy Valpoort 80), 23-Dexter Xuereb (2-Matthias Vella 94), 24-Liam McKay (14-Jan Tanti 71) – Coach: Brian Chetcuti

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: Alan Ca­milleri, Christopher Franca­lanza

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORERS: V. Plut 27 (SL); C. Vieira 29, C. Zammit Lonardellli 66 (S)

AMMONITI: D. Albanese, C. Riascos (Sir)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Jonathan Debono (Sir)

Ekonomija

Sport