Saturday, December 21, 2024

Sirjan akkużat li hedded lis-sieħba li jekk ma ttemmx it-tqala joqtolha

Aqra wkoll

Yusef Said ta’ 21 sena mis-Sirja iżda residenti Wied il-Għajn baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li hedded lis-sieħba tiegħu li jekk ma ttmex it-tqala kien se joqtolha.

Rapporti fil-midja qalu li l-akkużat u l-vittma kienu ilhom f’relazzjoni għal madwar xagħrejn u ħarġet tqila. Is-Sirjan ried lis-sieħba biex tagħmel abort.

Id-difiża talbet lill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace biex l-akkużata jingħata l-ħelsien mill-arrest, filwaqt li wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

Il-Prosekuzzjoni min-naħa tagħha qalet li hemm riskju li Said jaħrab minn Malta minħabba li m’għandu l-ebda rabta ma’ pajjiżna.

Iżda d-difiża qalet li Said ilu jgħix f’Malta għal dawn l-aħħar 3 snin u dejjem kellu indirizz fiss. Skont l-avukat tad-difiża kien hu li ta ruħu b’idejh lill-pulizija u kkopera bis-sħiħa mal-investigaturi.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għal-libertà provviżorja u ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur it-tfajla.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Antonello Magri filwaqt li għall-akkużat dehru l-Avukati Jason Grima u Kirsty Muscat.

Ekonomija

Sport