Thursday, July 18, 2024

Sirjan issofri ġrieħi gravi f’Saint Peter’s pool

Aqra wkoll

Sirjan ta’ 19-il sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5.00pm qabeż jgħum f’St Peter’s Pool.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li Sirjan ta’ 19-il sena qabeż jgħum u ġarrab xi ġrieħi.

Huwa ingħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport